Sean Grech ta’ disgħa u għoxrin sena inżamm arrestat wara li kien akkużat li attakka anzjan ta’ wieħed u sebgħin sena fid-dar tiegħu f’Bormla, u seraqlu d-deheb.
Il-każ seħħ fit-tmienja ta’ Ottubru, meta ż-żagħżugħ daħal fid-dar tal-anzjan wara li ddendel ma’ pajpijiet tad-drenaġġ. Huwa seraq mid-dar tal-anzjan u attakkah, b’dan tal-aħħar jispiċċa jsofri ksur f’imnieħru.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispetturi Fabian Fleri u Lydon Zammit li waslu għall-akkużat minn testijiet tad-DNA.
Grech kien akkużat ukoll li kiser ordni ta’ probation imposta fuqu f’Awissu li għaddha.
Il-Maġistrat Joseph Mifsud ordna sabiex l-akkuzzat jinzamm arrestat.