Mill-elfejn u tlettax sa Settembru li għadda erbatax-il elf persuna ġew imħarrka minħabba li pejpu f’postijiet pubbliċi.
Din l-informazzjoni ħarġet fi tweġiba parlamentari mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia.
L-aktar sena li ġew imħarrka persuni kienet l-elfejn u sbatax.
Dan filwaqt li l-elfejn u ħmistax kienet l-inqas sena li ġew imħarrka nies minħabba li pejpu f’post pubbliku.
Bin-numru ta’ persuni mħarrka magħduda flimkien għas-snin elfejn u sbatax u elfejn u tmintax ammontaw għal ftit aktar minn seba’ t’elef.
Kien fl-2013 li daħlet il-projbizzjoni fejn min beda iqabbad sigarett f’post pubbliku seta’ jiġi mħarrek.
Fil-bidu tal-elfejn u sbatax daħlet ukoll il-projbizzjoni ta’ tipjip f’karozzi fejn ikun hemm anki t-tfal passiġġiera.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tistma li sal-elfejn u ħamsa u tletin, kull sena erbgħa u għoxrin miljun ruħ se jkun instabilhom kanċer.
Hu stmat li nofs dawn il-każijiet se jiġu minħabba fatturi tal-istil taʼ ħajja, fosthom it-tipjip.