Ma tiftakar xejn wara li qalgħet daqqiet ta’ martell – One News

Notifiki

Ma tiftakar xejn wara li qalgħet daqqiet ta’ martell

“Sajjartlu, mort fis-sodda … qomt u sibt ruħi l-isptar.”

Hekk irrakontat Doris Borg ta’ 61 sena mill-Mellieħa li l-ġimgħa li għaddiet qalgħet daqqiet ta’ martell.

B’rabta mal-każ hemm akkużat żewġha Manwel Borg ta’ wieħed u sittin sena mill-Mellieħa.

Il-mara li kienet fil-periklu tal-mewt, xehdet li ma tiftakar xejn x’ġara t-Tnejn 11 ta’ Novembru.

Ir-raġel qiegħed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu, fosthom b’attentat ta’ qtil fuq martu.

Il-Maġistrat Gabriella Vella tagħtu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend