Ir-residenti ta’ Sydney jibdew il-jum b’foga u duħħan – One News

Notifiki

Ir-residenti ta’ Sydney jibdew il-jum b’foga u duħħan

Ir-residenti f’Sydney sebħu b’foga u duħħan kbir madwarhom hekk kif numru ta’ bushfires qed jaqbdu fir-reġjun.

Dan wassal biex il-livelli tal-kwalità tal-arja fl-ikbar belt fl-Awstralja ġew iddikjarati bħala perikolużi ħafna.

Uffiċjali tas-saħħa avżaw biex in-nies jibqgħu ġewwa u jevitaw kwalunkwe tip ta’ attività fiżika barra sakemm jonqos id-duħħan, li huwa stmat li se jibqa’ f’Sydney għal numru ta’ jiem.

Huma madwar ħames miljun ruħ, il-persuni li jgħixu fil-kapitali tal-istat ta’ New South Wales, li issa ilu għal numru ta’ ġimgħat maħkum minn nirien.

6 persuni mietu fil-bushfires mindu bdew in-nirien f’Ottubru.

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend