Il-PM jirrakkomanda l-maħfra Presidenzjali lil ‘middleman’ fil-qtil ta’ DCG abbażi ta’ provi b’saħħithom li jwasslu għall-mandant – One News

Notifiki

Il-PM jirrakkomanda l-maħfra Presidenzjali lil ‘middleman’ fil-qtil ta’ DCG abbażi ta’ provi b’saħħithom li jwasslu għall-mandant

Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat saħaq li ffirma ittra biex jirrakkomanda l-maħfra Presidenzjali bil-kundizzjoni li l-persuna meqjusa bħala l-‘middleman’ fil-pjan tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tagħti l-evidenza meħtieġa li twassal għall-prosekuzzjoni tal-mandant fil-każ tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

Il-Prim Ministru stqarr: “Jien iffirmajt ittra illi permezz tagħha tajt l-assigurazzjoni, ilhi flimkien mal-awtoritajiet kompetenti, illi kemm il-darba jingħataw l-informazzjoni kollha u li din il-persuna jista għandha u l-provi li jista jkollha, u dan kollu jista jiġi ikkorraborat fil-Qorti, jien ħa nirrokomanda li tingħata l-maħfra Presidenzjali ukoll suġġett li tikkollabora fil-każijiet kollha l-oħra.”

Hu u dieħel Kastilja, il-Prim Ministru kellem lill-ġurnalisti fejn spjega li fl-aħħar jiem fuq operazzjoni tal-pulizija u l-Europol ġiet arrestata persuna li allegatament kienet involuta f’ċirku ta’ ħasil ta’ flus.

Hawn hekk il-Prim Ministru spjega li tul l-interrogazzjoni l-persuna arrestata u l-avukati tagħha għamlu talba għall-proklama wara li ntweriet l-intenzjoni li l-persuna tikkollabora mal-pulizija u ssemma li din il-persuna setgħet għandha xi evidenza f’idejha b’rabta mal-każ ta’ qtil ta’ Caruana Galizia.

Dr Muscat saħaq li wara li tkellem mal-Avukat Ġenerali u l-investigaturi kien hemm qbil li tiġi rakkomandata l-maħfra Presidenzjali bil-kundizzjoni li l-persuna tagħti evidenza li tikkorrabora fil-Qorti.

“Wieħed ma jistax jagħti a blanket imunity, mingħajr ma jkun jaf żgur il-kazijiet fejn setgħet kienet involut din il-persuna, mingħajr ma jkun hemm l-aċċertazzjoni li l-affarijiet li setgħet tgħid din il-persuna, jistgħu jiġu ikkoraborati fil-Qorti”, sostna l-Prim Ministru.

Joseph Muscat qal li għad-deċiżjoni li jirrakkomanda l-maħfra Presidenzjali b’kundizzjoni, jerfa’ r-responsabilità waħdu bħala Prim Ministru tal-pajjiż.

Il-Prim Ministru tenna: “Din id-deċiżjoni qiegħed neħodha waħdi. Iġifieri din mhux se tkun deċiżjoni li se tkun diskussa jew deċiża fil-kabinett. Jien għandi delega ġenerali mill-kabinett fuq deċiżjonijiet simili bħal dawn, u nemmen anki minħabba preċidenti oħra li kien hemm fil-każjiet presidenzjali, nemmen li din hija deċiżjoni li irid nerfa’ waħdi. Ħa nerfa’ r-responsabilità politika waħdi biss u ma riedx ngħabbi lil ħaddieħor biha.”

Il-Prim Ministru spjega li l-persuna meqjusa bħala ‘middleman’ bħalissa tinsab taħt protezzjoni stretta u appella għall-prudenza min-naħa tal-mezzi tax-xandir.

“Jekk ngħidu kelma żejda flok kelma nieqsa, nistgħu l-ewwel nett nippreġudikaw l-każ. Hu t-tieni nett nistgħu nagħmlu affarijiet biex iwasslu biex il-każ ma jkunx konkluż in a successful manner”, temm jispjega l-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-Prim Ministru temm jgħid li ma jaħsibx li hija kwistjoni ta’ xhur u lanqas jiem li jiżviluppa l-każ iżda jħares ‘il quddiem li jkun hemm każ solidu li bih ma jingħalaqx biss il-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia iżda anki każijiet oħra.

Intant fi stqarrija l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-pajjiż għandu jagħmel użu mill-mezzi u proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu, skont il-liġi, inkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali u fakultattivi sabiex jinqabad min ordna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *