F’Diċembru Mickey ġej għall-kunċert f’Malta – One News

Notifiki

F’Diċembru Mickey ġej għall-kunċert f’Malta

Dan il-Milied, Mickey flimkien mal-aktar ġurdien favorit tiegħu Minnie, ser jingħaqdu flimkien mal-Kor Nazzjonali tat-tfal għall-Kunċert Maġiku tal-Milied.

Il-kunċert ser jinkludi fiħ l-aqwa mużika mill-isbaħ films ta’ Disney flimkien ma’ kanzunetti tradizzjonali u oħrajn ġodda ta’ żmien il-Milied u mill-aħħar klassifiċi Ewropej, f’atmosfera mill-isbaħ b’animazzjoni għat-tfal, dawl sinkornizzat u viżwal animat, f’siegħa u nofs ta’ divertiment garantit.

It-teatru mistenni jiġi trasformat f’dinja maġika ta’ fantasija, kuluri u maġija li lkoll ser ikunu sinkronizzati ma’ rittmi vivaċi li jolqtu l-kbar u ż-żgħar.

Il-Kuncert Magiku tal-Milied  (Magical Christmas Concert) ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 6 u s-Sibt 7 ta’ Diċembru fis-7.30pm u l-Ħadd 8 u l-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru fl-4pm fil-Belt Valletta.

Ħafna diġà ser ikunu qegħdin jattendu flimkien ma’ wliedhom u jekk int tixtieq tattendi tista’ takkwistaw biljett minn hawn (https://www.showshappening.com/NRGY-Concepts-Ltd/Magical-Christmas-Concert-2019?showid=3edc67b4-b8ad-4083-be99-1bf2afa607f4).

Aktar informazzjoni fuq il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/events/370044253877795/

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend