Rifużjoni għall-Għawdxin li nqabdu f’Malta minħabba l-maltemp – One News

Notifiki

Rifużjoni għall-Għawdxin li nqabdu f’Malta minħabba l-maltemp

Il-Ministeru għal Għawdex nieda l-proċess biex dawk kollha li ma setgħux jaqsmu bejn Malta u Għawdex minħabba l-maltemp li ħakem lil pajjiżna t-Tlieta li għadda, jippreżentaw l-irċevuti u t-talbiet tagħhom sabiex jieħdu r-rifużjoni.

Fi stqarrija l-Minstru Justyne Caruana fakkret kif din kienet l-ewwel darba li l-Gvern intervjena b’dan il-mod meta s-servizzi tal-Gozo Channel kienu sospiżi għal tul ta’ ħin minħabba l-maltemp.

L-applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumenti relevanti, għandhom jiġu sottomessi fuq is-sit tal-Ministeru jew mill-applikazzjoni fuq il-mobile MyGozo sa nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Novembru, sal-5:00 ta’ filgħaxija

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend