ll-Gvern se jagħti l-arretrati lil tal-korpi – One News

Notifiki

ll-Gvern se jagħti l-arretrati lil tal-korpi

Dan ix-xahar il-Gvern se jkun qed ikompli iwettaq dak li kien wiegħed lill-ħaddiema tal-Korpi u jqassam flus f’arretrati.

Taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti dawn il-ħaddiema kienu baqgħu ma tħallsux għal xogħol li kienu għamlu iżda issa l-Gvern se jkun qed jagħti dak dovut.

Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon spjega li minkejja li l-Gvern ma kienx legalment obbligat li jagħti dawn il-flus, Gvern Laburista ħass li għandu jagħżel it-triq tas-sewwa jwettaq dak li wiegħed.

Huwa spjega: “Dak li se jiġri dan ix-xahar huwa pprova oħra ta’ kemm huwa gvern illi jżomm kelmtu. il-gvern konxju mill-inġustizzji u anomaliji li kien hemm fil-passat waqt li ħaddieħor m’għamel xejn u għalkemm li ma kellna l-ebda obbligu legali, b’sens ta’ rġulija se nikkumpensaw lil daw li xi darba jew oħra ntlaqtu ħażin.”

Huwa kompla jispjega li din il-miżura sa issa diġà swiet lill-Gvern €40 miljun u din is-sena se tkun qed tolqot aktar persuni. Il-Ministru Farrugia qal: “Għandek il-pulizija li ma kinux tħallsu tal-overtime taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, għandek eks ħaddiema tal-korpi, għandek ħadidema tax-xatt u tal-Malta electricity board. din id-darba se jkollna twessigħ għal dawk li ma kinux fis-settur pubbliku imma kienu fis-servizz pubbliku ma xi korporazzjoni. b’kolllox fuq tliet snin se tkun ingħatat is-somma ta’ €40 miljun.”

Ray Zammit, l-President tal-unjin tal-Pulizija fi ħdan il-General Workers Union sostna li l-Pulizija issa se jkunu qed jitħallsu tas-sahra li kienu għamlu bejn is-snin tal-1993 u l-2009. Zammit sostna:“Dak kien hemm perjodu li l-pulizija kienu qed jaħdmu ħin żejjed u tlabna u qatt ma tawna u qalulna li m’għandniex raġun. Però Joseph Muscat dak iż-żmien kap tal-oppożizzjoni kien wegħdomlna fil-programm elettorali tal-2013 u fil-fatt qed noħduhom sena b’sena b’lura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend