Inkjesta maġisterjali qed tinvestiga l-mewt t’anzjan – One News

Notifiki

Inkjesta maġisterjali qed tinvestiga l-mewt t’anzjan

Anzjan ta’ 83 sena tilef ħajtu dalgħodu wara li waqa’ tliet sulari f’Wied il-Għajn.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu f’residenza tal-anzjani fi Triq Nigel Dennis. Immedjatament fuq il-post intbagħatet ambulanza b’tim mediku mill-Isptar Mater Dei mmexxi mit-tabib Dr Jonathan Joslin madankollu r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar dan il-każ se tkun inkjesta Maġisterjali li tiddetermina ċ-ċirkostanzi wara l-mewt tal-anzjan.

Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qal li r-residenza tal-anzjani St. Thomas Community Living hija waħda privata li l-Gvern għandu mixtrija fiha 67 sodda għall-anzjani.

Is-Segretarjat qal li apparti l-inkjesta, l-Awtorità għall-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali bdiet investigazzjoni sabiex tidħol f’iktar dettall biex tistħarreġ ukoll dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend