Il-Ministeru għal Għawdex bi proġett pilota suċċess biex ikollna reverse osmosis fl-iskejjel kollha Għawdxin – One News

Notifiki

Il-Ministeru għal Għawdex bi proġett pilota suċċess biex ikollna reverse osmosis fl-iskejjel kollha Għawdxin

Waqt attività mtella’ fl-okkażjoni talEuropean Waste Reduction Week fl-iskola primarja tax-Xewkija, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-iskema tarreverse osmosis fl-iskejjel kienet suċċess.

Il-Ministru Caruana qalet kif iktar kmieni s-sena l-oħra hi stess waqqfet il-Kumitat Reġjonali talEkoSkola fejn l-istudenti setgħu jressqu l quddiem proġetti u jingħataw fondi mill-Ministrru għal awdex. Waħda mill-ewwel proposti kienet millistudenti taliskola primarja tax-Xewkija biex jiġi installat apparat tar-reverse osmosis fl-iskola tagħhom. Din ilproposta żviluppat fi skema ffinanzjata mill-Ministeru għal awdex għall-iskejjel kollha t’Għawdex, fejn 12-il skola ser ikunu qed jibbenefikaw minn fondi sabiex jinstallaw sistema ta’ reverse osmosis u b’hekk jitnaqqsu l-ammont ta’ fliexken tal-plastic użati fl-iskejjel tagħna.

Il-Ministru Justyne Caruana wriet l-apprezzament tagħha lill-istudenti ta’ din l-iskola li wkoll ressqu suġġerimenti għal proġetti oħrajn u ppreżentaw analiżi dwar l-iskart li jiġġġenerat fix-Xewkija. ‘Huwa ta’ sodifazzjon li l-istudenti ta’ din l-iskola għandhom daqshekk kuxjenza dwar il-ġenerazzjoni tal-iskart u dan għall-fatt li fix-Xewkija hemm il-faċilità fejn jinġabar l-iskart kollu ta’ Għawdex’.

Ix-Xewkija għalhekk għandha tkun minn ta’ quddiem nett biex nippromwovu aġenda għat-tnaqqis taliskart u qed nipproponi li l-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Kunsill Lokali tax-Xewkija jagħtu r-riżorsi kollha meħtieġa lill-istudenti tagħna biex f’Għawdex ikun hemm l-ewwel raħal li jkollu t-tabella tal-Consumeless tal-Ministeru għal Għawdex, qalet il-ministru għal Għawdex.

Waqt din iċċerimonja tal-inawgurazzjoni tarreverse osmosis ġiet ukoll inawgurata statwa ta’ San Ġwann li ġiet irrestawrata minn Hubert Saliba, liema xogħol ġie wkoll iffinanzjat mill-Ministeru għal awdex

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend