Ikomplu jiħraxu l-protesti f’Hong Kong – Arrestati wħud mid-dimostranti – One News

Notifiki

Ikomplu jiħraxu l-protesti f’Hong Kong – Arrestati wħud mid-dimostranti

Diversi dimostranti ġew arrestati waqt li ppruvaw jitilqu mill-Univeristà Politeknika ta’ Hong Kong.

Grupp ta’ 100 persuna ppruvaw joħorġu mill-kampus li kien imdawwar b’għadd ta’ pulizija, kienu milqgħuha b’gass tad-dmugħ u balal tal-lastiku. Din kienet it-tielet darba li d-dismostranti ppruvaw jitilqu wara lejl ta’ ġlied konta l-pulizija.

Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-università nbidlet f’post ta’ battalji, hekk kif il-protesti, li ilhom għadejjin xhur f’Hong Kong, ħraxu u saru aktar vjolenti.

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend