Allegatament stupra tfajla fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli – One News

Notifiki

Allegatament stupra tfajla fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli

Jozsef Laszlo Kota ta’ 32 sena mill-Ungerija nżamm arrestat wara li qed jiġi akkużat li stupra tfajla Maltija li kienet fis-sakra fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli. L-allegat stupru seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u Sibt, wara li l-akkużat iltaqa’ mat-tfajla f’party. L-Ungeriż kien imfittex mill-pulizija fejn instab l-Ħadd filgħodu.

Quddiem il-Maġistrat Clare Stafrace Zammit huma ġie akkużat ukoll b’sewqan perikoluż, li kien taħt l-effett tal-alkoħol u d-droga, u li kellu mniżżel indirizz falz fuq id-dokumenti tal-identità.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkuzi miġjuba kontrih. Bil-pulizija argumentat li l-akkużat għandu jinżamm arrestat minħabba li ħalla lit-tfajla mwerwra.

Huwa ilu jgħixu Malta madwar 4 snin, u qal li ma kienx jaf lit-tfajla, iżda sar jafha fil-party fil-lejl tal-ġimgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend