Ippruvaw jaħarbu minn Malta b’passaporti foloz – One News

Notifiki

Ippruvaw jaħarbu minn Malta b’passaporti foloz

Tlett irġiel ta’ bejn is-17 u t-32 sena mill-Bangladesh ingħataw sitt xhur priġunerija wara li ammettew li ffalsifikaw tliet passaporti u dokumenti oħra biex jaħarbu minn Malta lejn l-Italja.

L-akkużati waslu Malta xahrejn ilu fuq dgħajsa b’mod illegali u ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ftit ġimgħat wara.

L-Ispettur Lara Butters f’isem il-prosekuzzjoni qalet li l-Pulizija Taljana interċettat il-wasla tal-immigranti u bagħtithom lura Malta biex jaffaċċjaw il-ġustizzja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend