Ingħata sentenza sospiża u multa €1,000 wara kiser l-kundizzjonijiet mill-arrest – One News

Notifiki

Ingħata sentenza sospiża u multa €1,000 wara kiser l-kundizzjonijiet mill-arrest

Axel Vella ta’ 24 sena mill-Isla kien mmultat €1,000 u kkundannat sena ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest f’każ pendenti.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Mark Mercieca spjegat li ż-żgħażugħ naqas milli jiffirma darbtejn fl-għassa tal-Pulizija u ħareġ minn daru f’ħinijiet li kellu jkun ġewwa.

L-avukat difensur Arthur Azzopardi qal li l-imputat ħareġ ifittex lis-sieħba tiegħu li kienet fl-akkwati ta’ Paceville biex jirranġa xi differenzi li kellu magħha.

Il-Maġistrat Ian Farrugia nnota l-fedina penali tal-imputat, u wissietu biex ma jerġax jiżbalja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend