Ifittex l-iskużi wara li waqqa’ l-ġebla fuq saqajh – One News

Notifiki

Ifittex l-iskużi wara li waqqa’ l-ġebla fuq saqajh

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, issa ntebaħ li waqqa’ l-ġebla fuq saqajh u mar Tas-Sliema biex jiġġustifika għaliex waqqa’ l-libelli li kien għamel wara li ffaċja akkużi mill-iktar serji. Iżda, lanqas dwar dan mhu kredibbli. Għax m’hemm l-ebda skuża valida dwar għaliex ma marx jitlob inkjesta maġisterjali dwaru nnifsu.

Fil-fatt, meta d-deputat Karol Aquilina dalgħodu prova jimmina l-inkjesti maġisterjali, kien qed ifakkar ukoll kif dwar kulħadd se toħroġ il-verità minbarra l-Kap tal-Oppożizzjoni.

“Dalgħodu, Adrian Delia reġa’ wera li mhux kredibbli. Minn meta qal li l-kontijiet ma raħsux għal meta attakka miżuri li jgħinu n-nies isiru sidien ta’ djarhom, Delia kien qed juri biss li nħakem għal kollox mill-estremisti fil-Partit Nazzjonalista”, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend