Id-diżgwid bejn Delia u Busuttil jissokta wkoll dwar il-Parlament – One News

Notifiki

Id-diżgwid bejn Delia u Busuttil jissokta wkoll dwar il-Parlament


L-ex kap Nazzjonalista Simon Busuttil irid li l-Partit Nazzjonalista jibbojkottja l-Parlament.

Irraportat dan il-MaltaToday, li qalet kif Busuttil mexxa din il-proposta waqt il-laqgħa tal-grupp parlamentari Nazzjonalista l-Erbgħa li għadda.

Sorsi tal-gazzetta qalu li din il-mozzjoni reġgħet kixfet il-qasma tal-Partit hekk kif filwaqt li diversi deputati qablu ma’ dak li qed jipproponi Busuttil, Adrian Delia qal li mossa bħal din hija wisq estrema u tkun prematura.

Busuttil insista li dan il-pass jasal sa widnejn l-Ewropej u jpoġġi pressjoni kbira fuq il-Gvern.

Il-gazzetta qalet ukoll li d-deputat Claudio Grech qal li l-partit għandu jirtira l-pożizzjoni li Busuttil jissospendi ruħu, iżda din it-talba waqgħet fuq widnejn torox.

Il-Partit Nazzjonalista kien ħa din il-pożizzjoni wara li ħarġu l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant li qalu li d-dikjarazzjonijiet li Egrant hija tal-Prim Ministru u martu kienu foloz. Delia kien neħħa lil Busuttil minn kelliem għal governanza tajba u kien talbu jissospendi ruħu mill-grupp parlamentari.

Din it-talba li kienet kixfet id-djgħufija ta’ Delia meta ħalla lil Busuttil fil-grupp parlamentari meta dan ma ssospendiex ruħu.

Bl-Erbgħa filgħaxija tkun konferma oħra tar-relazzjonijiet xejn tajbin bejn il-fazzjoni Busuttil u Adrian Delia.

Dan hekk kif kemm Busuttil kif ukoll Jason Azzopardi ma ffirmawx il-mozzjoni Nazzjonalista għar-riżenja taċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Dan filwaqt li l-fazzjoni Busuttil ċaħdet it-talba ta’ Delia biex il-grupp parlamentari Nazzjonalista jimxi bħala grupp wieħed maqgħud.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend