Busuttil ikkundizzjona lil Delia u baqgħu ma qablux – One News

Notifiki

Busuttil ikkundizzjona lil Delia u baqgħu ma qablux

L-Ex Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil, ikkundizzjona lil Adrian Delia, biex jiffirma miegħu l-mozzjoni kontra ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.

Il-gazzetta KullĦadd żvelat li biex Busuttil jiffirma l-mozzjoni, ried lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jerġa’ jagħmlu kelliem tal-Governanza tajba.

Simon Busuttil kien sospiż mill-Partit Nazzjonalista u tneħħa minn kelliem ta’ governanza tajba wara li l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant kienu ppubblikati b’mod sħiħ, u wrew li dak li Busuttil bena fuqu kampanja elettorali ma kien xejn għajr frame-up politiku.

Dakinhar Simon Busuttil kien sospiż mill-Partit Nazzjonalista u tneħħa minn kelliem tal-governanza tajba.

Il-KullĦadd qalet li Adrian Delia ma setax jilqa’ din il-kundizzjoni ta’ Busuttil għax kien diġà ċeda wisq u b’riżultat ta’ hekk Simon Busuttil għażel li ma jiffirmax il-mozzjoni li saret primarjament fuq talba u insistenza tiegħu.

Busuttil poġġa din il-kundizzjoni wara li kien ċar li l-mozzjoni ma kinetx se ġġib il-firma tal-grupp parlamentari kollu għax kien hemm deputati parlamentari li lanqas biss kienu qed jaqblu li l-mozzjoni ssir.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend