Tkompli x-xhieda fl-investigazzjoni dwar Trump – One News

Notifiki

Tkompli x-xhieda fl-investigazzjoni dwar Trump

Uffiċjal tad-dipartiment tal-Istat, David Holmes, waqt ix-xhieda tiegħu fl-inkjesta għat-tneħħija tal-President Amerikan, Donald Trump, qal li l-President Trump kien mgħarraf li l-Ukrajna se jwettqu l-investigazzjonijiet li l-President għamel din it-talba.

Holmes qal li sema dan f’Lulju li għadda waqt telefonata li kellu Trump mad-Diplomatiku Amerikan għall-Unjoni Ewropea, Gordon Sondland.

Holmes saħansitra stqarr li t-telefonata saret jum wara li Trump talab biex issir investigazzjoni fuq l-eks Viċi President Amerikan, Joe Biden.

Iżda, Il-President Amerikan ċaħad dawn l-akkużi u ddiskriva l-inkjesta dwar jekk il-President Amerikan talabx lill-President Ukren, Volodymyr Zelensky biex jinvestiga lil Biden, bħala fastidju presidenzjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend