“L-Ispanjoli trattawna agħar mill-annimali” – Partitarji Maltin – One News

Notifiki

“L-Ispanjoli trattawna agħar mill-annimali” – Partitarji Maltin

Apparti t-telfa umiljanti ta’ 7-0 li qala’ t-tim nazzjonali Malti tal-futbol, partitarji Maltin preżenti għal-logħba ntlaqgħu minn diżrispett u riġment pulizija ftit tal-ħin qabel il-logħba.

F’post fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, il-partitarji tas-South End Core qalu li l-awtoritajiet Spanjoli kkonfiskaw il-bnadar, drums u saħansitra pushchair tat-tfal. Dan wara li l-għaqda applikat għall-permessi neċessarji kollha.

L-għaqda stqarret li dan ix-xogħol sarraf għalxejn hekk kif xorta spiċċaw bl-affarijiet personali tagħhom ikkonfiskati.

Fuq Facebook l-għaqda ħabbret ukoll li kienu arrestati żewġ persuni hekk kif pruvaw ikellmu u jispjegaw is-sitwazzjoni lill-pulizija.

L-għaqda saħansitra heddet li din ser tkun l-aħħar żjara tagħhom biex jagħtu appoġġ lit-tim Malti sakemm ma jinbidlux l-affarijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend