Jinstabu droga u 13 -il mowbajl fuq priġunier mit-Togo hu u dieħel il-ħabs – One News

Notifiki

Jinstabu droga u 13 -il mowbajl fuq priġunier mit-Togo hu u dieħel il-ħabs

L-uffiċjali korettivi fil-ħabs sabu d-droga fuq wieħed mid-9 irġiel li ġew ikkundanati 6 xhur ħabs wara li ppruvaw iħallu Malta b’dokumenti ffalsifikati.

Illum wara nofsinhar, l-uffiċjali korettivi sabu sustanza possibilment, raża tal-kannabis qalb il-ħwejjeġ fil-bagalja ta’ Rabu Ahmid ta’ 34 sena mit-Togo.

Bid-droga ġiet immarkata mill-scanners malli l-affarijiet ta’ Ahmid għaddew mill-iscanners.

Fil-bagalja instabulu ukoll 13-il mowbajl.

L-Aġenzija għas-Servizzi Korettivi nfurmat lill-pulizija b’din is-sejba għal aktar investigazzjonijiet. Mhux eskluż li Rabu Ahmid huwa relatat ma’ aktar attivitajiet kriminali.

9 irġiel jeħlu sitt xhur ħabs wara li ppruvaw jitilqu minn Malta b’passaport falz

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend