Impatt bejn karozza u vann tħalli raġel ta’ 66 sena bi ġrieħi gravi – One News

Notifiki

Impatt bejn karozza u vann tħalli raġel ta’ 66 sena bi ġrieħi gravi

Raġel ta’ 66 sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-16:30 fi Triq il-Qrendi, is-Siġġiewi.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li seħħ impatt bejn karozza tat-tip Daihatsu misjuqa minn raġel ta’ 66 sena li joqgħod s-Siġġiewi u vann ta’ tip Hino Dutro misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Siġġiewi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 66 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend