Il-Vara tal-Kunċizzjoni lura f’Bormla – One News

Notifiki

Il-Vara tal-Kunċizzjoni lura f’Bormla

F’ġurnata xemxija f’nofs Novembru,mijiet ta’ Bormlizi ħonqu toroq f’Birkirkara kif ukoll f’Raħal Gdid hekk kif l-istawa tal-Kunċizzjoni bdiet triqtha lura lejn Bormla.

Kienet ġurnata mistennija ħafna mill-Bormlizi, bl-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni reggħet lura f’Bormla wara pellegrinaġġ li sar b’tifkira ta’ dak li gara ħamsa u sebgħin sena ilu.

Il-Baned tat-Tlett ibliet kollha ipparteċipaw f’dan il-Pelegrinagg  storiku, li wieħed simili jaf jerġa’ jsir ħamsa u għoxrin sena oħra.

Fl-aħħar jiem, l-istatwa tal-Kunċizzjoni kienet fil-Bażilika ta’ Santa Liena f’Birkirkara, fl-okkażjoni tal-ħamsa u sebgħin sena minn meta l-istatwa ttieħdet mill-Bażilika ta’ Birkirkara lejn il-kolleġġjata ta’ Bormla fi tmiem il-qilla tat-Tieni Gwerra Dinija.

Il-purċissjoni tmexxiet mill-arċipriet ta’ Bormla, il-Kanonku Anton Cassar.

B’versi irrimati minn folla ta’ nies li imxew wara l-istatwa, din għamlet xi ħin fil-knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Gdid, fejn spikkat ix-xena tal-vara ta’ Kristu Re jħares lejn ommu Marija.

Okkażjoni unika li tara żewġ vara titulari fejn xulxin fi knsija fl-istess ħin.” Saħaq Dun Marc Andre Camilleri.

Il-purċissjoni laħqet il-qofol tagħha hekk kif il-vara reġgħet lura fil-Knisja Kolleġġjata ta’Bormla, biex jibdew il-preparamenti għall-festa tat-tmienja ta’ Diċembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend