BIR-RITRATTI: Il-President ta’ Malta jinawgura presepju Malti fl-Awstrija – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Il-President ta’ Malta jinawgura presepju Malti fl-Awstrija

Il-President ta’ Malta, Dr. George Vella waqt żjara fl-Awstrija fetaħ il-presepju Malti li se jkun esebit fil-Kampus tal-Università, għan-nies. Dan il-presepju huwa xogħol l-artist Malti Jennings Falzon u bil-pasturi tal-artist Għawdxi Manuel Grech li ttella’ mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici u s-Sindku ta’ Vjenna Michael Ludwig. Il-Ministru Bonnici saħaq kif din l-inawgurazzjoni hija parti minn strateġija usa’ fil-promozzjoni tal-kultura Maltija lil hinn minn xtutna.

“Wara li tellajna dan il-presepju fil-Vatikan, f’Bethlehem u anki fil-Belt Valletta, din id-darba tellajna dan il-presepju fi Vjenna proprju fi Christmas Market li huwa wieħed mill-aktar Christmas Markets importanti fl-Ewropa.” Saħaq il-Ministru Bonnici.

Fiż-żjara tiegħu huwa il-president ta’ Malta ltaqa’ mal-President tal-Austria, Alexander Van der Bellen li esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal mod ta’ kif pajjiżna qed jaħdem mal-Awstrija f’avventimenti relatati man-negozju u fil-qasam akkademiku u xjentifiku. Dan filwaqt li Van der Bellen feraħ lil Malta għas-suċċess ekonomiku li qed tikseb u għar-rata ta’ qgħad li dejjem qed tkompli titbaxxa.

Il-President ta’ Malta, Dr.Vella saħaq li l-l-prijoritajiet ta’ pajjiżna u tal-Awstrija huma simili ħafna fejn fosthom hemm l-istabilità fil-Balkani tal-Punent, il-futur u t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea u Brexit.

Huma tkellmu wkoll dwar l-iżviluppi fir-reġjun bħal dawk fil-Libja u esprimew it-tama li terġa tinkiseb l-istabilità permezz ta’ djalogu politiku inklussiv. Fil-laqgħa saret referenza wkoll għall-problemi globali bħat-tibdil fil-klima u l-immigrazzjoni, filwaqt li qablu li fuq dawn l-kwistjonijiet hemm bżonn ta’ iżjed attenzjoni Ewropea u Internazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend