Busuttil ma jiċħadx li ma riedx jiffirma l-mozzjoni ma’ Delia – One News

Notifiki

Busuttil ma jiċħadx li ma riedx jiffirma l-mozzjoni ma’ Delia

Siegħat qabel id-dimostrazzjoni f’għeluq il-25 xahar mill-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia, kompliet toħroġ fil-beraħ il-firda li hemm fil-Partit Nazzjonalista bejn il-fazzjoni Busuttil u l-fazzjoni Delia.L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil naqas milli jikkumenta dwar rapporti li dehru fil-media li injora lil Adrian Delia għad-dimostrazzjoni.

Bħal ma żvela ONE News, il-Malta Today żvelat li Simon Busuttil ħalla lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia b’xiber imnieħer hekk kif l-Erbgħa waranofsinhar, waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari rrifjuta li jiffirma wkoll il-mozzjoni li Delia kien se jressaq kontra ċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Bil-fazzjoni ta’ Simon Busuttil ma tridx timxi ma’ Adrian Delia waqt id-dimostrazzjoni tas-Sibt filgħaxija.

Ma’ LovinMalta, Simon Busuttil qal li mhux se jikkumenta dwar diskussjonijiet interni li jkun hemm fil-grupp parlamentari. Qal li qatt ma zvela dak li jintqal fil-grupp parlamentari, u mhux se jizvela issa.

LovinMalta bgħatet mistoqsijiet lil Adrian Delia, li naqas milli jikkonferma u jiċħad dawn ir-rapporti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend