Żewġ studenti jitilfu ħajjithom fi sparatura fi skola f’Kalifornja – One News

Notifiki

Żewġ studenti jitilfu ħajjithom fi sparatura fi skola f’Kalifornja

Żewġ studenti nqatlu u tlieta oħra sfaw midruba wara li seħħet sparatura f’skola f’Kalifornja.

L-isparatura seħħet f’ Saugus High School f’Santa Clarita ftit tal-minuti qabel dik li kellha tkun ġurnata normali ta’ skola ngħal mijiet ta’ studenti.

Midja Amerikana qed tirraporta li s-suspettat huwa Nathaniel Berhow ta’ 16-il sena. Huwa jinsab fil-kustodja tal-pulizija u huwa wkoll qed isofri minn ġrieħi b’arma tan-nar.

Il-vittmi li tilfu ħajjithom huma tifla ta’ 16-il sena u tifel ta’ 14-il sena. Il-vittmi midruba huma żewġ tfajliet ta’ 15 u 14-il sena u tifel ta’ 14-il sena wkoll.

Filmati tas-sigurta juru s-suspettat joħroġ arma tan-nar mill-basket tal-iskola u jispara ħames studenti. Wara dan l-att barbaru huwa jidher jispara lilu nnifsu f’rasu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend