Tinqabad taħbi d-droga fi ġlekk biex iddaħħalha lil priġunieri fil-ħabs – One News

Notifiki

Tinqabad taħbi d-droga fi ġlekk biex iddaħħalha lil priġunieri fil-ħabs

Tfajla Maltija nqabdet tipprova ddaħħal id-droga lil priġunier fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin.

Il-każ seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-11:00 ta’ filghodu, bit-tfajla ppruvat iddaħħal droga sintetika lil priġunier Malti li bħalissa qiegħed jisskonta sentenza l-ħabs. It-tfajla ħbiet id-droga fi ġlekk.

Din is-sejba saret hekk kif t-tfajla għaddiet mill-scanners ġodda li ġew installati fl-entratura tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Bis-saħħa ta’ dan l-investiment, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi reġgħet waqqfet persuna oħra li pprovat iddaħħal id-droga fil-ħabs.

Bil-każ ġew infurmati l-pulizija għall-aktar investigazzjonijiet.

Mhux eskluż li l-mara titressaq il-qorti u tiġi mixlija li pprovat iddaħħal id-droga fil-ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend