Mijiet ta’ persuni sellmu għall-aħħar darba lill-ex Supretendent tal-Pulizija Anthony Borg fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar.
Is-Sur Borg miet l-Erbgħa li għadda wara marda kiefra.
Huwa kien daħal fil-Korp tal-Pulizija fl-1966 u rtira wara servizz twil fl-1999. Tul il-karriera tiegħu huwa ħadem f’diversi postijiet u kien uffiċjal rispettat ħafna mill-kollegi tiegħu.