Sentenza sospiża u multa ta’ €700 wara li hedded maġistrat – One News

Notifiki

Sentenza sospiża u multa ta’ €700 wara li hedded maġistrat

Joseph Mary Ebejer ta’ erbgħa u ħamsin sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li inġurja u hedded lill-Maġistrat Joseph Mifsud.

Ebejer tressaq il-qorti mixli li hedded lill-Maġistrat Mifsud b’messaġġi li tella’ fuq il-pjattaforma ta’ YouTube.

Huwa ġie mixli wkoll li wettaq reat li bħala uffiċjal pubbliku messu ra li ma seħħ.

Huwa kien akkużat ukoll li huwa riċediv minħabba li kellu każijiet oħra l-Qorti li qegħdin jinstemgħu quddiem il-Maġistrat Mifsud.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli kkundannat lil Ebejer iħallas multa ta’ €700 u jneħħi l-filmat li tella’ fuq YouTube sal-ħamsa ta’ waranofsinhar. Huwa ġie ordnat ukoll jagħmel apoloġija lill-Maġistrat Mifsud. Il-Qorti ordnat ukoll ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin fil-konfront tal-Maġistrat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend