L-Għaqda Repubblika kienet kostretta toħroġ stqarrija u fiha tappella lil dik li kienet il-koalizzjoni ta’ konfużjoni biex ma jużawx il-protesta ta’ għada għall-iskopijiet tagħhom jew biex jipproġettaw it-tilwim ta’ bejniethom.
L-istqarrija tal-għaqda Repubblika li għandha l-appoġġ sħiħ tal-ex Kap Nazzjonalista Simon Busuttil għamlet dan l-appell wara li l-Partit Demokratiku ħabbar b’ittri kbar fuq Facebook li kienu se jattendu għall-protesta biex jipprotesta kontra l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Fil-fatt il-PD qalet li Delia ma jistax imexxi l-Partit Nazzjonalista għax skont rapporti fil-midja jinsab investigat dwar reati ta’ ħasil tal-flus.