Ittieħdet l-isptar wara li nqabdet fil-karozza fi inċident tat-traffiku fl-Imġarr – One News

Ittieħdet l-isptar wara li nqabdet fil-karozza fi inċident tat-traffiku fl-Imġarr

Anzjana ta’ 68 sena mir-Rabat ttiħedet l-isptar Mater Dei wara li vann tal-għamla Toyota Hiace misjuq minn raġel ta’ 47 sena minn Birkirkara baqa’ dieħel fil-karozza tal-mara li hija tat-tip Ford Fiesta li fil-ħin tal-inċident kienet tinsab pparkjata fil-ġenb minħabba xi ħsarat.

Il-mara nħarġet mill-karozza mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdet l-isptar Mater Dei li ssejħu fuq il-post.

L-inċident seħħ fi Triq Temi Zammit fl-Imġarr għall-ħabta tat-8:10 ta’ filgħodu.

Hija ttieħdet l-isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend