Titkellem tfajla li saret omm ta’ 15-il sena – ‘Kont lesta li nagħmel kollox għal binti’ – One News

Titkellem tfajla li saret omm ta’ 15-il sena – ‘Kont lesta li nagħmel kollox għal binti’

Din hija Roberta Saliba, tfajla ta’ 21 sena li saret omm ta’ 15-il sena.

F’intervista ma’ ONE News, Roberta titkellem dwar kif ħajjitha nbidlet minn studenta fuq il-bank tal-iskola għal omm bir-responsabbiltà ta’ bintha Alexandra li llum għandha 5 snin.

Hija tirrakkonta l-ħsus li għaddew minn moħħha meta saret taf li hi tqila. Qal li beżgħet u ma kinitx taf kif kienet se tagħti l-aħbar lill-ġenituri tagħha u lil sħabha. Hija spjegat:  “Il-biża’ li kelli li forsi niġi mkeċċija mid-dar u joħduha vera ħażin. It-tieni ħaġa kif ħa ngħid lil sħabi tal-iskola. Forsi niġi bullied. Anke minħabba t-teachers u hekk, l-assistant heads u l-head – forsi ma jaċċettawnix.”

Tirrakkonta meta bdiet timmaġina li ħajjitha ħa tispiċċa u meta għamlet it-test tat-tqala mas-sieħeb tagħha għax beżgħet li jaqbduha l-ġenituri tagħha. Saliba rrakuntat:  “L-aħbar fis-sens, aħna ddeċidejna li aħna ovvjament għax min jgħidlek forsi, mur għamel abbort. Jiena dik l-ewwel ħaġa li għedtlu – ma rridx. Jiena it-tifla nippreferi nbati u nispiċċa litteralment ħażina ħafna li nagħmel kollox għaliha milli għalija.”

Roberta qaltilna li ommha ħaditha bi kbira, iżda mill-ewwel tatha l-appoġġ tagħha kif għamel ukoll missierħa sal-lum il-ġurnata: “Qaltli issa ngħidu lill-missierek jiena u inti flimkien u qaltli li jiġifieri ħa ttini kull għajnuna li għandi bżonn. Illum il-ġurnata s-sapport li sibt mingħandhom ħafna hija kbira.”

Hija qalet ukoll li sabet appoġġ kbir mis-servizz Għożża li joffri għajnuna lil tfal li joħorġu tqal ta’ età żgħira.

Roberta qalet li tħossha mweġġgħa b’kummenti ostili fil-midja dwar tfajliet bħala li jgħaddu minn din l-esperjenza:“Meta nara din il-ħaġa tinkwetani ħafna u tbeżżagħni għax nibża’ li t-tfajliet kollha li forsi esperjenzaw bħal esperjenzajt jiena jibdew jaqtgħu qalbhom ħafna, li ħafna drabi hekk jagħmlu. Ma jaqtgħux qalbhom, ikomplu b’ħajjithom, il-ħajja qatt ma waqfet fil-verità nkomplu għaddejjin biż-żgħożija tagħhom. L-importanti ovvjament li nieħdu ħsieb it-tfal tagħna sew u nedukawhom sew ukoll”, temmet tgħid Saliba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend