Liberat wara li ta daqqa ta’ laptop lil martu – One News

Notifiki

Liberat wara li ta daqqa ta’ laptop lil martu

Simon Cauchi ta’ 39 sena, li joqgħod ir-Rabat instab ħati talli ta daqqa ta’ laptop fuq ras u wiċċ martu.

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, l-akkuzzat ammetta l-akkużi kollha kontrih, fosthom li kkawża ġrieħi ħfief fuq martu, li heddida u li kkawżalha biża’ kbira.

Dan kien it-tieni każ f’ħames xhur fejn l-akkuzat refa’ jdejh fuq martu.

Il-Maġistrat sabet lill-akkużat ħati u tatu l-liberta kundizzjonata. Bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sentejn u ordnatlu jħallas penali ta’ €2,300.

Il-Maġistrat ħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend