L-Italja se tiddikjara stat ta’ emerġenza – One News

Notifiki

L-Italja se tiddikjara stat ta’ emerġenza

L-Italja se tiddikjara stat ta’ emerġenza f’Venezja wara li l-belt Taljana kienet maħkuma b’livelli għolja ta’ ilma li jleħħqu sitt piedi. Aktar minn 80% tal-belt li hija sit dinji tal-Unesco kienet taħt l-ilma meta l-għargħar kien fl-ogħla livell.

Is-siti storiċi milquta mill-għargħar ġarbu xi ħsarat filwaqt li anke affettwa ħażin in-negozji. Il-Prim Ministru tal-Italja, Giuseppe Conte, iddeskriva l-għargħar bħala weġgħa ta’ qalb. Huwa qal li l-Gvern Taljna se jipprovdi l-fondi u riżors. Conte se jkun qed iħabbar il-miżuri tal-emerġenza aktar tard illum. Il-Prim Ministru Taljan qal li l-Gvern se jkun qed jgħaġġel il-proċess għal proġett Mose, li huwa barrikata biex f’każ ta’ livelli għolja, il-belt tkun sigura li ma teriqx.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend