Il-waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u l-Palestinjani huwa fraġli – One News

Il-waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u l-Palestinjani huwa fraġli

Waqfien mill-ġlied bejn il-qawwiet Iżraeljani u l-militanti f’Gaża jidher li qed iżomm minkejja rokits sparati.
Kmieni l-Ħamis filgħodu familja ta’ tmienja kienet rapurtata li nqatlet f’Gaża.

Mindu reġgħet reġa’ beda l-ġlied bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani mal-erbgħa u tletin Palestinjan inqatlu u aktar minn mitt ruħ indarbu f’Gaża.

Dan apparti li madwar 60 persuna f’Iżrael kellhom jirċievu trattament mediku.

Il-Qawwiet ta’ Iżrael qalu li ħafna minn dawk maqtula kienu militanti Palestijani.

Ritratt: Reuters

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend