13-il kumpanija rikonoxxuti għal proġetti ambjentali – One News

13-il kumpanija rikonoxxuti għal proġetti ambjentali


Il-proġett tal-Ibins, kontenituri mgħammra b’tekonoloġija li b’mod awtomatiku tgħarraf lill-operatur meta l-kontenituri jkunu mtlew u jkunu jridu jitbattlu ġie kklassifikat fl-ewwel post fil-ħames edizzjoni tas-Sustainable Enterprise Awards.

Avveniment li ta’ kull sena jirrikonoxxi proġetti ambjentali ta’ kumpaniji Maltin li jgħinu fis-sostenibbiltà ambjentali.

ONE News tkellem mal-Kap Eżekuttiv ta’ Green Pak, Mario Schembri dwar l-użu ta’ dawn il-kontenituri li fl-aħħar xhur bdew jinfirxu ma’ bosta bliet u rħula Maltin u Għawdxin. Schembri sostna: “Permezz tal-IBIN irnexxielna ndaħħlu teknoloġija li l-livell ta’ skart li jkun fih il-bin qed tiġi trasmessa f’server u permezz ta’ app kull wieħed u waħda minnha jista’ jkun jaf liem huwa l-eqreb IBIN tiegħu li huwa vojt u jekk huwa mimli fejn huwa l-eqreb.”

Is-Sur Schembri qal li bis-saħħa tal-ibins, il-Maltin u l-Għawdxin żiedu fis-separazzjoni tal-iskart. Ħabbar li l-kumpanija qed tara li testendi dan is-servizz ukoll għall-iskart organiku u dak imħallat. Huwa sostna: “Il-pjanijiet li ovjament inkomplu nsaħħu dan is-servizz u wkoll qegħdin inħarsu li nibdew nintroduċu dawn is-sitema ta’ IBINS mhux biss fl-iskart li huma recyclables ta’ ħġieġ, karti, plastic u metal imma wkoll għall-skart organiku u mixed waste.”

Il-kumpanija GoTo li toffri servizzi ta’ kiri ta’ karozzi elettriċi kienet fost il-kumpaniji nnominati għal dan il-premju. Il-Kap Eżekuttiv Liran Golan, qal li sena mindu tnieda s-servizz, l-użu tal-flotta tagħha ta’ 165 karozza elettrika ffrankat mal-elf tunnellata ta’ dijossidju tal-karbonju fl-arja.

“More than 1.5 million kilometers have been driven using our service. We save to the environment a little bit over 1000CO2 by the usage of our car and not using normal combustion engine cars taking into account obviously the high amount of active users we have which is currently above 8000 users”, stqarr Golan.

Il-Ministru għall-Ekonomija u Investiment, Chris Cardona, faħħar l-inizjattivi ta’ dawn it-13-il kumpanija li minn jeddhom qegħdin jembarkaw fuq proġetti ambjentali li jindirizzaw is-sostenibbiltà f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend