Temperaturi rekord ta’ kesħa fl-Istati Uniti – One News

Notifiki

Temperaturi rekord ta’ kesħa fl-Istati Uniti

F’partijiet tal-Istati Uniti qed jiddominaw temperaturi kesħin li kissru kull rekord.

Din il-mewġa ta’ kesħa li bdiet fis-Siberja, ġabet magħha silġ kbir f’numru ta’ stati Amerikani bħal Kansas u Illinois, u qed ikun imbassar li mijiet ta’ rekords oħra se jinqabżu fi stati oħra din il-ġimgħa.

Erba’ mwiet li seħħew f’inċidenti tat-traffiku ġew ikkawżati minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.

Tħassru wkoll aktar minn elf titjira, u għalqu numru ta’ skejjel.

Ritratt: Reuters

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend