Sitt xhur ħabs wara li kkaġuna l-mewt t’anzjan li tajjar f’Tal-Pietà – One News

Notifiki

Sitt xhur ħabs wara li kkaġuna l-mewt t’anzjan li tajjar f’Tal-Pietà

Joseph Piscopo ta’ 36 sena li jgħix il-Furjana ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li kkaġuna l-mewt ta’ anzjan hekk kif tajru wara li dan qasam fi Triq ix-Xatt il-Pietà.

Il-każ ġara għal ħabta tas-6pm nhar il-21 ta’ Awwissu ta’ tliet snin ilu meta l-anzjan mill-Pietà, Salvatore Attard, qasam it-triq u Piscopo kien qed isuq karozza tal-għamla BMW.

Fil-Qorti l-Maġistrat Doreen Clarke sabet lill-imputat ħati b’sewqan perikoluż u b’negliġenza.

Il-Maġistrat ordnat ukoll l-iskwalifika tal-liċenzja tas-sewqan ta’ Piscopo għal ħames snin.

Huwa ġie immultat ftit aktar minn €2000.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend