Raġel ta’ 36 sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Balzan – One News

Notifiki

Raġel ta’ 36 sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Balzan

Indjan ta’ 36 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar qiegħed jissielet għall-ħajtu wara li waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Balzan.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.00 a.m. fi Vjal De Paule meta l-vittma waqa’ minn għoli waqt li kien għaddej b’ħidmietu fis-sit ta’ kostruzzjoni.

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li ħatret bosta esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend