Matul din is-sena jonqsu bi 3% l-inċidenti fit-toroq li kkawżaw imwiet jew li fihom ndarbu xi persuni – One News

Notifiki

Matul din is-sena jonqsu bi 3% l-inċidenti fit-toroq li kkawżaw imwiet jew li fihom ndarbu xi persuni

Fit-tielet kwart ta’ din is-sena l-inċidenti fit-toroq li kkawżaw imwiet jew persuni li ndarbu naqsu bi 3%.

Dan meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena.

Statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet li kien hemm disgħa u tletin sewwieq, 18-il passiġġier u 32 persuna li jew kienu mexjin fit-toroq jew ċiklisti ndarbu gravi.

Bejn Lulju u Settembru li għadda, il-ġrieħi li sofrew sewwieq, passiġġier u persuna li kienet miexja fit-toroq waslu għall-mewt tagħhom.

Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li ndarbu gravi waqt l-inċidenti kienu rġiel, bit-tliet fatalitajiet kienu żewġ t’irġiel u mara.

L-akbar ammont ta’ inċidenti tat-traffiku li fihom weġġgħu jew mietu nies kien hemm involuti karozzi, segwiti minn muturi u warajhom vetturi tat-tagħbija.

L-NSO spjega li l-biċċa l-kbira tal-persuni li ndarbu f’inċidenti tat-traffiku kellhom età li tvarja bejn is-26 u l-40 sena.

It-Tnejn kien l-aktar jum li ġraw inċidenti fejn kien hemm 83 każ li f’dan il-jum weġġgħu nies.

Kważi kwart tal-inċidenti tat-traffiku seħħew bejn nofsinhar u t-tlieta ta’ wara nofsinhar, bi ftit inqas ġraw bejn id-disgħa ta’ filgħodu u nofsinhar.

L-inqas ħin li ġew irreġistrati inċidenti kienu bejn it-3:00 u s-6:00 ta’ filgħodu.

F’Birkirkara, segwita minn Ħal Qormi u San Pawl il-Baħar ġraw l-akbar ammont ta’ inċidenti tat-traffiku.

Intant l-NSO spjega li għalkemm naqsu l-inċidenti li fih weġġgħu jew mietu nies, l-inċident tat-traffiku żdiedu bi ftit aktar minn 14%.

Bejn Lulju u Settembru li għadda dawn l-inċidenti ammontaw għal kważi, 4,200.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend