LEAK MILL-PN: Delia mġiegħel ilaqqa’ l-grupp parlamentari minn Busuttil – One News

Notifiki

LEAK MILL-PN: Delia mġiegħel ilaqqa’ l-grupp parlamentari minn Busuttil

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, sejjaħ laqgħa tal-grupp parlamentari għal-lum fuq insistenza tal-Kap ta’ qablu Simon Busuttil.

Simon Busuttil irid li l-Partit Nazzjonalista jerġa’ jadotta l-istil konfrontattiv li kien jadotta fi żmien li kien imexxi hu.

Jappoġġjawh f’dan hemm il-klikka magħrufa bħala l-‘barra brigade’ li qabel l-elezzjoni tal-2017 kienet torganizza protesti kontinwi u ssejjaħ għar-riżenji kontinwament.

Nies bħad-deputat Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami, li kienu protagonisti fl-ikbar telfa f’elezzjoni ġenerali qed jappoġġjaw lil Busuttil fit-talbiet tiegħu.

Min-naħa tiegħu Adrian Delia ilu jgħid sa minn meta nħatar kap li jrid jadotta stil differenti anke jekk jimmarka fejn ma jaqbilx jew jemmen li hemm nuqqasijiet.

Bħalu argumenta kemm-il darba s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, li qal li l-Partit Nazzjonalista ma jistax jibqa’ jadotta l-istess riċetta li telfitu l-elezzjonijiet.

Iżda, fl-iktar mumenti li kien dgħajjef Delia dejjem ċeda għal dak li talbet il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u llum jidher li sa tkun waħda minnhom tant li beda biex sejjaħ il-laqgħa tal-grupp parlamentari għal iktar tard waranofsinhar. Minbarra l-grupp parlamentari ONE NEWS jista’ jiżvela wkoll li Delia se jlaqqa’ wkoll il-Kunsill Amministrattiv.

Dan anke għax Delia hu konxju li Busuttil se jerġa’ jisfidah pubblikament bl-ewwel sinjali ntbagħtu lbieraħ meta fil-Parlament tkellem quddiem kulħadd dwar x’qed jistenna mill-Oppożizzjoni.

Diskors li għamlu mdawwar b’membri tal-fazzjoni tiegħu għax dawk li jappoġġjaw lil Delia ħarġu ’l barra mill-Parlament waqt li tkellem l-eks Kap Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend