Jinżamm arrestat wara li ġie mixli b’serq aggravat – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li ġie mixli b’serq aggravat

Alexander Stojanovic ta’ 40 sena mis-Serbja nżamm arrestat talli fil-25 ta’ Ottubru f’San Ġiljan seraq b’mod aggravat minn karozza, fejn seraq basket. L-akkużat ġie arrestat dakinhar stess imma ngħata l-ħelsien mill-arrest minħabba saħħtu, minkejja li mar l-għassa diversi drabi kull meta kien imsejjaħ b’rabta ma’ dan il-każ.

Jirriżulta li hu seraq minħabba l-vizzju tad-droga. L-akkużat huwa riċediv.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet minn Leeroy Balzan Engerer.

Il-Magistrat Natasha Galea Scibberas ordnat sabiex jinżamm arrestat. Bil-Maġistrat irrakomandat lid-Direttur tal-ħabs sabiex jingħata l-ghajuna biex jeghħleb il-vizzju tad-droga, li kawża tagħha għandu xi ġrieħi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend