Innovazzjoni u inklużjoni għal komunitajiet ta’ eċċellenza – One News

Notifiki

Innovazzjoni u inklużjoni għal komunitajiet ta’ eċċellenza

B’rabta mal-iskemi l-ġodda tas-sena d-dieħla għall-kunsilli lokali u reġjonali li tħabbru jumejn ilu, illum saret konferenza għall-kunsilli lokali u reġjonali bit-titlu ‘Innovazzjoni u Inklużjoni għal Komunitajiet ta’ Eċċellenza’. L-għan ta’ din il-konferenza kien li permezz tal-iskemi li ġew varati din il-ġimgħa, tiġi kkonsolidata l-istrateġija u l-viżjoni għas-sena 2020. Waqt din il-konferenza, saru taħdidiet u workshops dwar tliet temi ewlenin. Dawn kienu l-ħarsien tal-ambjent, il-kwalità ta’ ħajja aħjar u l-inklussività permezz tal-kultura.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li llum il-ħidma u l-importanza tal-kunsilli lokali u reġjonali hija kruċjali ħafna. “Jekk nagħtu ħarsa lejn l-inizjattivi u l-iskemi li tnedew din is-sena, naraw kemm il-Gvern lokali tassew qiegħed jagħmel bidla pożittiva fil-lokalitajiet,” qal is-Segretarju Parlamentari. Huwa qal ukoll li l-Gvern lokali għandu l-obbligu li jwassal l-istrateġija u l-aġenda tal-Gvern ċentrali fuq livell lokali, u dan huwa l-għan ta’ din il-konferenza u tal-iskemi u l-inizjattivi li qed isiru.

Is-Segretarju Parlamentari Parnis appella lill-kunsilli lokali u reġjonali kollha biex is-sena d-dieħla jieħdu sehem f’dawn l-iskemi u l-inizjattivi, wara kollox ir-rwol tal-gvern lokali huwa li jiżgura li r-residenti jingħataw servizz ta’ eċċellenza.

Id-Direttur tad-Direttorat għall-Istrateġija u l-Implimentazzjoni tal-Policies Marisa Pisani qalet li l-viżjoni tad-Direttorat hija li, permezz tal-ħruġ ta’ skemi innovattivi, l-awtoritajiet lokali jkollhom il-mezzi biex ifasslu programmi u servizzi innovattivi li jsaħħu l-komunitajiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend