Il-Kunsill tal-Ewropa jfaħħar il-qasam tal-Ġustizzja – One News

Notifiki

Il-Kunsill tal-Ewropa jfaħħar il-qasam tal-Ġustizzja


“Malta għamlet progress sinifikant fejn jidħol il-qasam tal-ġustizzja u hemm ir-rieda politika li jsir aktar titjieb.”

Hekk iddikjara l-President tal-Kummissjoni għall-effiċjenza tal-ġustizzja fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa Ramin Gurbanov li kien f’pajjiżna għal proġett ta’ kollaborazzjoni bejn l-Kummissjoni Ewropea u Malta fil-qasam tal-ġustizzja.

Gurbanov stqarr: “Yes we observe the progress and the political will in the justices sytem.” Huwa sostna: “Malta has a strong political will to increase and bring the judiciary with international standard.”

Dan il-proġett ta’ kollaborazzjoni huwa immirat sabiex tizdied l-effiċjenza fil-qrati maltin fosthom fil-qorti ċivili u l-qorti kriminali.

Il-Kummissjoni Ewropea għall-effiċjenza fil-ġustizzja għamlet aktar minn tletin rakkomandazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja. Fosthom li jingħataw taħriġ lill-impjegati tal-qorti sabiex ikomplu jgħinu fl-effiċjenza tal-qorti.

L-Uffiċjal fid-Dipartiment tal-ġustizzja Joanne Battistino tkellmet dwar l-importanza ta’ proġett bħal dan sabiex Malta tkompli itejjeb l-effiċjenza tagħha fil-qrati.

Battistino sppjegat: “Proġett iffukata li jghin lil Malta l-effiċjenza fil-ġustizzja. Kumpilazzjoni , backlog fejn jidhol il-qorti tal-appell u l-istrateġija tar-rizorsi umana anki issa li għandna l-aġenzija.”

Meta indirizza l-konferenza ta’ filgħodu, li għaliha kien hemm prezenti membri tal-ġudikatura, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici saħaq dwar l-importanza li l-Gvern ikompli jisma’ sabiex nsaħħu l-istituzzjonijiet tagħna.

Il-Minsitru Bonnici sostna: Inkomplu ntejbu l-istituzzjoni. Illum qegħdin nikkolaboraw mac-Cepej. Bis-saħħa tal-ftehim se nsaħħu l-effiċjenza u anki fejn jidħol it-taħriġ tal-uffiċjal tal-Qorti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend