AĠĠORNAT: Jinqaleb trakk fil-Kappara – One News

AĠĠORNAT: Jinqaleb trakk fil-Kappara

Xufier ta’ trakk li jġorr gass mediku u tal-industrija jista’ jgħoddha b’waħda wara li nqaleb bit-trakk li kien qed isuq hekk kif kien dieħel lejn il-mini ta’ San Ġiljan.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li x-xufier ma ġarrab l-ebda ġrieħi madankollu l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kellhom operazzjoni diffiċli quddiemhom hekk kif taħt it-trakk inqabdu ammont kbir ta’ tankijiet tal-gass mediku u industrijali fosthom ċilindru kbir tal-liquid nitrogen. Permezz ta’ vettura speċjali mgħammra bi crane il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għollew lit-trakk u b’galbu liema bħalu ħarġu it-tankijiet kollha minn taħtu u tgħabbew fi trakk ieħor tal-istess kumpanija.

L-inċident seħħet għall-ħabta ta’ 10:45 madanakollu l-operazzjoni spiċċat ftit wara 12:00. Għal xi ħinijiet it-triq kellha tingħalaq kompletament għat-traffiku u kawża t’hekk inġema ammont ta’ traffiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend