Titnieda skema ta’ finanzjament għall-proġetti mmirati għaż-żgħażagħ – One News

Notifiki

Titnieda skema ta’ finanzjament għall-proġetti mmirati għaż-żgħażagħ

‘Achievers’ hija inizjattiva ta’ finanzjament imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi mmirata għall-Kunsilli Lokali, Kunsilli Reġjonali, u Organizzazzjonijiet Volontarji.

Din l-iskema tgawdi mill-allokazzjoni finanzjarja ta’ €90,000, u li minnha l-applikanti se jkunu jistgħu jirċievu fondi f’kontanti sa massimu ta’ €3,000 għal kull proġett eleġibbli.

Ħabbret dan Is-Segretarju Parlamentari għar-riformi, Julia Farrugia Portelli, waqt konferenza stampa.

L-għan ta’ din l-inizjattiva hi l-Gvern ikompli jeduka sa minn etajiet żgħar dwar l-effett li d-droga, tkun ta’ liema tip tkun, tista’ tħalli fuq saħħet il-bniedem. Fid-dawl ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu dwar harm reduction approach fl-użu tad-droga Cannabis, il-gvern beda kampanja edukattiva b’saħħitha li se tilħaq 9,000 student u studenta.

L-għan ta’ dan il-proġett hu li jiżra’ fit-tfal tagħna reżiljenza biex meta jinqala’ għawġ f’ħajjithom ikunu b’saħħithom biżżejjed biex jgħdidu le u ma jċedux mal-ewwel intopp.

Minħabba f’hekk nibet il-proġett Achievers – li l-għan tiegħu hu li jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ joħolqu u jimplimentaw proġetti li fil-qalba tagħhom hemm il-komunità. Il-ħsieb hu li jkunu mħeġġa jqarrbu żgħażagħ oħra lejn dixxiplini differenti ’l bogħod mill-vizzji. Id-dixxiplini jistgħu jkunu marbuta ma’ pilastri ewlenin bħal: sports, arti, mużika, kultura jew avventuri għaż-żgħażagħ

L-applikazzjonijiet jinsabu miftuħa u għandhom ikunu sottomessi sa nofsinhar tas-7 ta’ Jannar 2020. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fuq www.vofunding.org.mt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend