Pulizija tweġġa’ waqt ġlieda bejn żewġ nisa Ukreni f’Paceville – One News

Notifiki

Pulizija tweġġa’ waqt ġlieda bejn żewġ nisa Ukreni f’Paceville

Yulia Parsachchyn ta’ 24 sena u Kristina Trofymenko ta’ 25 sena, żewġ tfajliet mill-Ukrajna li jgħixu f’Ta’ Xbiex ingħataw il-libertà kkundizzjonata wara li ammettew li aggredew pulizija waqt ġlieda bejniethom f’Paceville.

Il-każ seħħ il-Ħamis li għadda għall-ħabta tal-erba’ ta’ filgħodu meta ż-żewġ nisa spiċċaw jitqabdu f’xulxin fi stabbiliment tad-divertiment.

Fil-qorti ngħad li l-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan marru fuq il-post u sabu liż-żewġ tfajliet fis-sakra u qalgħu kommossjoni sħiħa meta l-uffiċjali tas-sigurtà pprovaw joħorġuhom ’il barra mill-istabbiliment.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispterru Leeroy Balzan Engerer xehed li f’din il-kommossjoni, il-kuntistabbli mara allegatament qalgħet daqqiet ta’ sieq fl-istonku tagħha u ġarrbet xi ġrieħi f’idha.

Fid-deċżjoni tagħha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella tathom il-libertà kkundizzjonta wara li qieset l-ammissjoni bikrija tagħhom, il-kondotta nadifa u l-fatt li għamlu apoloġija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend