Kmamar għall-Għawdxin maqbuda f’Malta – One News

Notifiki

Kmamar għall-Għawdxin maqbuda f’Malta

Minħabba li s-servizz tal-Gozo Channel mistenni jibqa’ sospiż tul il-lejl kollu il-Ministeru għal Għawdex għamel arranġamenti ma’ numru ta’ lukandi madwar Malta sabiex ikunu jistgħu jikru kmamar bi prezz ridott lill-Għawdxin maqbuda f’Malta.

Dan ħabbritu l-Ministru Justyne Caruana fejn spjegat ukoll li kull min jagħmel użu minn dawn il-kmamar għandu jżomm l-irċevuti kollha.

Minn naħa tiegħu l-isptar mater dei ħabbar li għamel ftehim ma katina ta’ lukandi fil-Mellieħa u Buġibba li qed joffru kmamar lil dawk il-pazjenti Għawdxin li ġew Malta għal appuntament jew biex jirċievu trattament.

L-ispejjeż tal-kmamar għal pazjenti se jkunu mħallsa kollha mill-Ministeru għas-Saħħa u sostnew li dan l-arranġament huwa validu għal dan il-lejl biss u sabiex wieħed jirriżerva post għandu jieħu l-appuntament tal-isptar miegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend