Fl-2019 il-Pulizija ressqet il-Qorti 26 persuna fuq pedofelija – One News

Notifiki

Fl-2019 il-Pulizija ressqet il-Qorti 26 persuna fuq pedofelija

Tul din is-sena l-Korp tal-Pulizija ressaq 1,041 fuq akkużi ta’ pedofelija, serq u ksur tal-paċi pubblika. Dan kkonfermah il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Byron Camilleri.

Fil-Parlament Farrugia sostna li sa’ Ottubru kien hemm 24 raġel u żewġ nisa li tressqu l-Qorti akkużati b’reati ta’ pedofelija jew atti sesswali oħra li involvew direttament tfal minuri.
Dwar is-serq b’kollox ġew arrestati u mressqa 322 persuna li 257 minnhom kienu rġiel u 65 kienu nisa.

Il-Pulizija ressqet quddiem il-ġustizzja 693 persuna fuq reati ta’ ksur tal-paċi pubblika. Minn dawn 191 kienu nisa, filwaqt illi ħames mija u tnejn 502 kienu rġiel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend