BIL-FILMAT: €150 għal adozzjoni ta’ klieb u qtates abbandunati fis-santwarji – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: €150 għal adozzjoni ta’ klieb u qtates abbandunati fis-santwarji

Il-Gvern nieda skema ta’ għajnuna għall-adozzjoni ta’ annimali domestiċi mis-santwarji liċenzjati madwar Malta u Għawdex.

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri ħabbar li dawk li se jadottaw kelb jew qattus mis-santwarju tal-annimali se jingħataw mija u ħamsa ewro.

Fost diversi kundizzjonijiet marbuta ma’ din l-iskema, is-Segretarju Parlamentari qal persuna tista’ tibbenefika mill-allowance għal pet wieħed biss u l-ħlas jingħata biss wara sitt xhur li l-annimal ikun adottat u wara li jkun ivverifikat li huwa ċċippjat/

Huwa sostna li din il-miżura qed twettaq wegħda elettorali oħra tal-Gvern li għandha l-għan li tinkoraġġixxi individwi li jixtiequ jadottaw annimali li ħafna minnhom ikunu abbandunati mill-ewwel sid tagħhom.

“U projpu l-grant se tingħata wara sitt xhur u dan għaliex ħalli jilħqu jsiru ċ-checks and balances, nilħqu nżuru anke mid-dipartiment lil dawn il-familji  li jadottaw sabiex nassiguraw li dak il-pet li jkun adottat qiegħed jingħata lit-trattament xieraq.”

Id-Direttur għall-Ħarisen tal-Annimali, Noel Montebello, qal li din l-iskema se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-annimali filwaqt li jitnaqqas l-abbuż. Qal li f’sena, id-Diparitment jiġbor mal-2,000 kelb u qattus mit-toroq li 700 minnhom jiġu adottati.

“Dawn l-annimali ħa tiżdidilhom il-kwalità tal-ħajja għax dawn aħna niġbruhom minn barra, jiġifieri dawn insibuhom morda, mtajrin. Insibu ammoni kbar, mijiet ta’ annimali”

Is-Sur Montebello qal li wara li l-annimali jingħataw il-kura, jgħaddu lis-santwarji biex ikunu jistgħu jiġu addottati.

“Is-sistema se tkun sempliċi għal pubbliku. Meta jmorru għand NGOs jagħżlu annimal, se jingħataw formola, dik il-formola se jimlewha u dik jiskatta l-proċess”

Is-Segretarju Parlamentari Camilleri temm jgħid li persuni li nstabu b’xi mod ħatja ta’ moħqrija ta’ annimali ma jistgħux jibbenefikaw minn din l-iskema. Barra minn hekk, uffiċjali tal-Animal Welfare se jagħmlu żjajjar għall-għarrieda biex jassiguraw li l-annimali adottati jkunu qed jinżammu b’mod tajjeb/

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend