Fuq stedina tal-Gvern Franċiż, il-Prim Ministru Joseph Muscat attenda għall-forum tal-paċi f’Parigi li għandu l-għan li jlaqqa’ flimkien bosta mexxejja dinjin li jridu jaħdmu għall-paċi.
Il-Forum li qed isir fuq inizjattiva tal-President Franċiż Emmanuel Macron qegħdin jattendu għalih madwar sitt elef parteċipant li nġabru flimkien biex ifasslu inizjattivi konkreti biex isaħħu l-koperazzjoni għall-bidla pożittiva.
Tul dawn il-laqgħat, il-mexxejja dinjin fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat kellhom laqgħat mas-soċjetà ċivili li matulhom iddiskutew soluzzjonijiet għall-isfidi fosthom l-iżvilupp sostenibbli, l-ugwlanza tal-ġeneru, is-sovranità, is-sigurtà fuq l-internet u t-teknoloġiji l-ġodda.
Dr Muscat kellu wkoll l-opportunità li jżur bosta inizjattivi li ġew ippreżentati matul din il-konfreenza fl-oqsma tat-teknoloġiji l-ġodda.
“Konferenzi bħal dawn juru biċ-ċar li dak li għamilna aħna fl-aħħar snin qed jibda jfeġġ issa fuq l-aġenda internazzjonali ta’ pajjiżi oħra, meta pajjiżi oħra qed jitkllemu fuq blockchain meta aħna diġà għandna leġislazzjoni f’dan il-qasam aħna għalija huma punt interessanti ħafna”, qal Dr Muscat
Il-konferenza trattat ukoll l-involviment taż-żgħażagħ fit-teħid tad-deċiżjonijiet bil-Prim Ministru jsemmi dak li qed tagħmel Malta biex tagħti aktar vuċi liż-żagħżagħ.
“L-aktar punt importnati li għamilna ħana li baxxejna l-vot għal sittax-il sena. Iż-żagħżugħ jekk temmen fihom mhux tgħid li tismagħhom iżda tagħtihom id-dirtt li jiddeċiedu huma lil min iridu jmexxi l-pajjiż u x’direzzjoni jieħu l-pajjiż u dik hija l-iktar deċiżjoni b’saħħitha li tista’ tieħu”, sostna Dr Muscat.
Intant bħala ġest simboliku, Dr Muscat ppreżenta bolla kommemorattiva li ħarġet il-kumpanija Maltapost tletin sena ilu fl-okkażjoni tas-summit li sar f’Malta bejn Bush u Gorbachov.
Il-Prim Minsitru rrimakra li dan is-summit ra tmiem tal-gwerra l-bierda u qal li fi żmien ta’ tensjonjiet ġodda, wasal iż-żmien li nfakkru lin-nies f’din il-ġrajja.